Attent: Żejt fit-triq bejn Ħaż-Żabbar u Ħal Tarxien

L-art mill-mina ta’ Hompesh f’Ħaż-Żabbar sa Ħal Tarxien inksiet b’żejt tal-hydraulic wara ħsarat għall-ħabta tas-6:30pm.
Dan ġie kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt minn kelliem għad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li spjega li kien hemm trakk li nqasamlu l-pajp tal-hydraulic.
Bħalissa t-triq għaddejja minn tindif mill-ħaddiema tal-protezzjoni ċivili sabiex jitneħħa kull periklu.
Ritratt: Maltese Road Traffic Updates