​Attent xi qlub tal-berquq tiekol!

Qlub tal-berquq ħelwin tad-ditta Morgenland, li joriġinaw mill-Pakistan, m’għandhomx jiġu kkunsmati, minħabba li nstab li fihom livelli għoljin ta’ ċjanur (cyanide).
Iċ-ċjanur jifforma wara reazzjoni mal-kimika Amygdalin li tinsab b’mod naturali fil-qlub ta’ frott bħall-berquq u bħall-papaya u fil-lewż.
Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika saħaq li dan il-prodott m’għandux jiġi kkunsmat għax konsum għoli jista’ jwassal għal tossiċità.
In-numri tal-lott affettwati u d-dati tad-durabilità tagħhom huma:
L162030 / 18-09-2017     
L161948 / 13-09-2017
L162785 / 08-12-2017
L162786 / 08-01-2018
L170875 / 08-04-2018
L171781 / 07-07-2018
Il-kumpanija involuta ddikjarat li parti mill-konsenja laħqet inbiegħet.
Għal aktar informazzjoni l-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq in-numru 2133 7333 mit-8am sas-2.30pm jew jibgħat imejl fuq mhi@gov.mt.