Attent xi jkollok fuqek meta ssiefer

Id-Dipartiment tad-Dwana qabdet diversi passiġġieri li kellhom fuqhom aktar minn €10,000 mhux iddikkjarati.
Fi stqarrija,id-Dipartiment fakkar li kull minn jivvjaġġa b’aktar minnn €10,000 għandu jiddikjarahom. F’każ li ma jiġux iddikkjarati hemm pieni ta’ multi u konfiska tal-flus.
Spjega wkoll li l-liġijiet jikkontrollaw ukoll il-moviment ta’ oġġetti li huma suġġetti għat-taxxa tas-sisa li jkunu qed jinġarru minn persuni jew f’merkanzija.
Suġġetti għat-taxxa tas-sisa huma l-prodotti kollha ta’ dan il-ġeneru:
 

  • prodotti tat-tabakk manifatturat, inkluż sigaretti, sigarri, tabakk tal-pipa, tabakk tax-shisha u tabakk tal-brim;
  • xarbiet alkoħoliċi, inkluż spirti, birer u nbejjed;
  •  xarbiet non-alkoħoliċi, esklużi dawk li għandhom bażi ta’ ħalib u bażi ta’ frott pur;
  •  ilma tax-xorb;
  • prodotti ta’ enerġija, inkluż fuel, żjut lubrikanti u gass;
  • prodotti ta’ toiletries u preparazzjonijiet tal-persuna;
  •   siment u komponenti tal-kostruzzjoni, inkluż ħadid, xbieki tal-ħadid, travi, madum u ħgieġ;
  •  boroż u basktijiet tal-plastik;
  • chewing gum, tyres, u munizzjon; kif ukoll
  • servizzi ta’ telefonija ċellulari

 Fin-nuqqas ta’ dikjarazzjoni hemm pieni iebsa li jammontaw għal multi ħorox, konfiska u kif ukoll, f’ċerti każijiet,anki piena ta’ ħabs.