Attent: Tużax din il-maskra fuq it-tfal. Iżżid iċ-ċans li jifgaw

Attent jekk se tuża maskra tat-trabi ma’ gażaża. Il-ġenituri tat-trabi qed jiġu avżati biex ma jużawx dawn it-tip ta’ maskri tat-trabi li ħarġu fis-suq minħabba l-pandemija tal-Coronavirus.

Għalkemm għall-adulti l-maskri huma obbligatorji fuq it-trasport pubbliku u fil-ħwienet, fir-Renju Unit in-nies qed ikunu mfakkra li tfal taħt il-11-il sena huma eżentati milli jilbsu dawn l-maskri.

Grupp ta’ ġenituri fuq Facebook esprima l-inkweit tiegħu għall-użu ta’ dawn il-maskri li jkunu ma’ gażaża u li ilhom fis-suq internazzjonali sa mill-2014.

**Warning***One of ELHT's amazing Community Midwives has brought this to our attention, after seeing this promoted as…

Posted by Pendle Family Zone on Thursday, July 16, 2020

Għaqda tal-Qwiebel fir-Renju Unit ħarġet stqarrija fejn avżat lil ġenituri li għandhom it-trabi biex ma jużawx dawn il-maskri fuq uliedhom minħabba l-coronavirus hekk kif minflok tgħinhom, din iżżid iċ-ċans li dawn jifgaw.

Diversi ġenituri kienu xxukkjati b’din l-aħbar, filwaqt li oħrajn stagħġbu li xi ħadd ivvinta dan it-tip ta’ prodott li jista’ jipperikola iktar lit-tfal.

We are not aware of any advice for babies to wear masks, whether they are infected or not. There is a potential risk of…

Posted by The Lullaby Trust on Wednesday, July 8, 2020