​Attent: Tużahomx!

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali qed javża biex ma jintużax is-sett tal-kollazzjon taċ-ċeramika, imżejjen bi stampi ta’ Star Wars Kylo Ren.
Dan minħabba li nstab li fihom livell għoli tal-metall kadmju li jista’ jirriżulta fl-ikel.
Il-kikkra, skutella u platt huma tad-ditta Disney. In-numru tal-lott huwa 201511333.
Il-prodott oriġina miċ-Ċina.