​ATTENT: Tixtrix minn dawn għat-tfal

Floats tal-għawm għat-trabi jew tfal żgħar ġew irtirati mis-suq f’Malta.
Id-Direttorat għas-Sorveljanza tas-Suq fi ħdan l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) ta dawn ir-ritratti bħala eżempji.
Spjega li dan ġara minħabba li nstabu li huma ta’ riskju serju għax it-tarbija tista’ tegħreq minħabba li:
1) il-qiegħ ċatt jimplika instabbiltà bil-possibilità li tinqaleb;
2) il-proporzjon tal-area hu ikbar meta mqabbel mal-volum, b’iktar ċans li l-float tinġarr mal-kurrent.
Id-Direttorat jappella biex il-konsumaturi li xtraw dawn il-prodotti, jieqfu jużawhom u jirritornawhom lil ħanut minn fejn xtrawhom.
Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jikkuntattja lill-MCCAA fuq 2395 2000 jew fuq info@mccaa.org.mt.