Attent: Tikolx minn dawn!

Dried Goji Berries u Healthy Power Mix tad-ditta Emy, m’għandhomx jiġu kkunsmati minħabba li fihom traċċi ta’ pestiċidi.
Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali qed javża biex il-pubbliku ma jikkunsmax id-Dried Goji Berries bin-numri tal-lottijiet: 8743, 8900 u 9214 bid-data ta’ skadenza 24 ta’ Jannar 2019, 31 ta’ Lulju 2019 u 26 ta’ Marzu 2019 rispettivament.
Il-prodott jiżen 125 gramma.
Il-lott affettwat ta’ Healthy Power Mix huwa dak li jibda bin-numru 9217, bid-data 26 ta’ Marzu 2019.
Għal aktar informazzjoni, wieħed jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq 2133 7333 mit-8am sas-2.30pm jew jibgħat imejl fuq mhi@gov.mt.