Attent: Tikkunsmax dan il-prodott jekk inti allerġiku għall-ħalib

Read in English.

Id-Direttorat tas-Saħħa qed javża lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf,l- Altenattiva (vegana) għall-butir – Organic vegan spreadable tad-ditta Naturli jista’ jkun ta’ riskju jekk jittiekel minn persuni li huma allerġiċi/intolleranti għall-ħalib minħabba li jista’ jkun fih traċċi ta’ ħalib.

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt. Il-pubbliku jista’ wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess Direttorat li jinsab ġewwa Continental Business Centre, Old Railway Track, Santa Venera.