Attent: Tikkunsmax dan il-prodott jekk għandek din l-allerġija!

Id-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali qed ħareġ avviż sabiex il-pubbliku joqgħod attent qabel jikkonsma l-prodott Crunchips WOW – Cream and Mild Wasabi tad-ditta Lorenz li jiżen 110g u li għandu waħda minn dawn id-dati ta’ skadenza:

L-aħjar qabel 03.04.2021
L-aħjar qabel 08.04.2021
L-aħjar qabel 19.05.2021

Fi stqarrija d-Direttorat qal li wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmi prodott m’għandux jiġi kkunsmat minn persuni allerġiċi jew intolleranti għall-mustarda għaliex fih mustarda li mhix iddikjarata fuq it-tikketta.

Għal aktar informazzjoni, l-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon 2133 7333 mit-8am sas-2.30pm jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt.