Attent: Tiggrava s-sitwazzjoni f’Tas-Sliema

Attent jekk se tgħaddi mix-Xatt Tas-Sliema bil-karozza. Dan hekk kif tard wara nofsinhar kompliet tiggrava s-sitwazzjoni għas-sewwieqa bil-livell tal-ilma baħar ikompli jogħla u jfur ġot-triq.

L-avveniment naturali ġie rrappurtat kmieni llum wara nofsinhar hekk kif il-livell tal-baħar f’Tas-Sliema għola tant li beda jgħerreq it-triq. Madanakollu fl-aħħar ħin is-sewwieqa bdew ikunu appellati biex jevitaw l-akwati jekk jista’ jkun hekk kif il-livell tal-baħar baqa’ tiela’ tant li anke vetturi kbar qed jgħaddu b’diffikultà, inkluż tal-linja.

Ritratti: MRTU