Attent: Tħallix lit-tfal iniżżlu din l-app

App immirata għat-tfal li kellha voiceover li jhedded it-tfal li se jagħtihom daqqa ta' sikkina ġiet imwaqqfa minn Google.
Blaze and the Monster Machines tneħħiet għal kollox minn fuq il-Google Play Store wara diversi lmenti li saru minn ġenituri li niżżlu din il-logħba għal uliedhom.
Minħabba apps bħal dawn qed tiżdied il-pressjoni fuq il-kumpaniji biex jieħdu ħsieb li dawn il-pjattaformi jkunu aktar siguri għat-tfal.
Waħda mill-kumpaniji li tieħu ħsieb tirregola dawn il-pjattaformi qalet li f'dan il-każ Google falliet bil-kbir.
Il-voiceover fl-app jibda billi jkellem lit-tfal b'ton u lingwaġġ ferrieħi pero imbagħad f'salt dan jinbidel u jgħidilhom li qed jarahom qed jibżgħu.
Il-vuċi tkompli billi tgħid li għandha sikkina f'idha u ħi qed tinnota ħi t-tfal qed isiru nervużi u ttem tgħidilhom li se ttejbilhom il-burdata waqt li tinfidhom biha. Għalkemm l-app tneħħiet mill-Playstore wieħed għandu joqgħod attent għax din tista' tkun aċċessibbli minn fuq siti oħra.