Attent jekk tirċievi ittra mill-Italja li rbaħt lotterija

Qed iddur ittra falza fid-djar li tgħidlek li qtajt xi numri u rbaħt somma flus.
Persuna li rċeviet din l-ittra qalet lil Newsbook.com.mt li din intbagħtet ukoll lil nies oħra, u mhux lilha biss.
Fuq l-ittra hemm miktub li ġejja minn Ruma, u l-kumpanija TOTOCACLIO LOTTO, bl-istampa u anki l-firma ta’ dak li sippost huwa l-viċi president ta’ TOTOCALCIO, Mario Bruno.
Ikun hemm anki l-kunjom tal-persuna jew familja li tirċeviha, bis-sitt numri li sippost rebbħuha l-flus.
L-ittra fiha wkoll il-kuntatt ta’ persuni oħra sabiex jissarraf il-biljett għandhom.
Għaldaqstant, din hija ittra falza, u tista’ tkun attentat biex xi ħadd jew xi organizzazzjoni kriminali tisraq persuni li jaqgħu għan-nasba.
Jekk tirċievi xi ħaġa, agħmel pjaċir kbir lill-ambjent, u rriċiklaha.