Attent mir-riħ t’għada!

L-Uffiċċju Meterjoloġiku ta’ Malta ħareġ twissija għal riħ mill-Majjistral li se jkun qawwi kultant li għada mistenni jaħkem il-Gżejjer Maltin.
Din it-twissija se tibqa’ fis-seħħ sad-9.00 t’għada filgħaxija.
It-temp għada mistenni jkun imsaħħab, bl-ogħla temperatura 19-il grad celcius u l-inqas temperatura 13-il grad.