Attent minn fejn tixtri biljetti tar-Ryanair

Attent meta tixtri biljett tar-Ryanair. Dan hekk kif kumpanija li tbigħ biljett tal-ajru bl-irħis, Travix, kienet qed tbigħ titjiriet bi prezzijiet qarriqa taparsi huma tar-Ryanair.
Il-Qorti Reġjonali ta’ Hamburg iddeċidiet li Travix għandha turi l-prezzijiet veri tal-bagalji u ma tibqax tuża l-kliem airline fee.
Fi stqarrija Ryanair qalet li m’għandha ebda ftehim kummerċjali ma’ Travix.Cheaptickets.de.
Hija avżat lill-klijenti biex joqogħdu attenti minn fejn jibbukkjaw il-biljetti u ħeġġet lill-pubbliku biex jibbukkja l-biljett dirett mis-sit tagħha.