Attent minn fejn se tgħaddi: xogħlijiet fil-Belt Valletta

Matul din il-ġimgħa għaddejjin xi xogħlijiet ta’ tiswija u manutenzjoni fuq il-pont li jwassal għall- Victoria Gate fil-Belt Valletta.
Minbarra l-pont, Triq il-Lvant u Telgħet Liesse se jkunu magħluqa waqt li jkunu għaddejin ix-xogħlijiet, f’dawn il- ħinijiet.
Illum, mis-18:00 sal-23:00
L-Erbgħa bejn it-08:00 u s-19:00
Il-Ħamis bejn is-18:00 u l-23:00
Il-Ġimgħa bejn is-18:00 u l-23:00
Transport Malta tappella lis-sewwieqa biex jevitaw din iż-żona f’dawn il-ħinijiet u jaħsbu għal toroq alternattivi.