Attent minn dawn il-pistaċċi!

Il-pistaċċi nejjin mingħajr qoxra tad-ditta Emy m'għandhomx jiġu kkunsmati minħabba l-possibilità ta' livelli għoljin ta' alfatossina – tossiċi li jiffurmaw mill-baktirja. 
Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali qiegħed javża li l-pistaċċi affettwati huma dawk f'borża tal-plastik, tal-Lott 7406 bid-data tad-durabbiltà 31/01/2019 u Lott 7682 li jiskadu 31/03/2019. Jidher li parti mill-konsenja laħqet inbiegħet.
Id-direttorat irċieva l-informazzjoni permezz tas-Sistema ta’ Twissja Rapida għall-Ikel u l-Għalf.
Il-pubbliku huwa mitlub iċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq 21337333 bejn it-8am u s-2.30pm jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt f’każ li jixtieq iktar informazzjoni.