Attent minn dawn il-links ta’ awguri fuq Facebook u Whatsapp

Attent jekk tirċievi waħda minn dawn il-links flimkien ma’ awgurju għas-sena l-ġdida fuq Facebook Messenger jew Whatsapp.

Jidher li qed tiċċirkola skema internazzjonali b’intenzzjoni malizzjuża. Dan it-tip ta’ frodi diġitali qed jaħdem billi l-vittmi jirċievu notifikazzjoni li rċevew messaġġ jawguralhom il-Milied jew is-Sena t-Tajba u l-messaġġ ikun fih ritratt simili għal kartolina u jkollu mehmuż fih link li jekk tiklikkja fuq il-kartolina jieħdok f’waħda minn dawn is-siti:

http://wish-you.co
http://wish4u.c0
http://my-msg.co
http://look-me.co
http://surprise4u.me
http://hookupgist.com
http://see-magic.co
http://mera-style.com
http:// whatsapp-style.co
http://my-love.co

Il-vittmi li jidħlu f’dawn il-links permezz tal-kartolina diġitali jkunu mitluba jiktbu d-dettalji tagħhom, filwaqt li fl-istess ħin sofware malizzjuż ikun għaddej li jkun qed jisraq id-dettalji tal-individwu u jibgħat l-istess messaġġ lill-kuntatti kollha ta’ dak li jkun waqa’ fin-nasba.