Attent minn dawn il-contact lenses perikolużi

Is-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika qed javża lill-pubbliku biex joqgħod attent u jevita l-użu ta’ contact lenses kożmetiċi li jinsabu għall-bejgħ minn ħwienet lokali jew mill-internet għall-Halloween.
Dawn jistgħu jwasslu għall-korriment fl-għajnejn b’ħafna uġigħ, infezzjonijiet serji u saħansitra biex wieħed jitlef id-dawl t’għajnejh għal ftit żmien jew anke permanentament/
Persuni li jkunu qatt ma’ użaw contact lenses huma wkoll fir-riskju li joborxu l-kornea, kif ukoll jesponu l-għajnejn għal infezzjonijiet serji.
Is-sintomi ta’ infezzjoni fl-għajnejn jinkludu ħmurija, ħakk, nefħa, uġigħ u problemi tal-vista.
Qiegħed ikun avżat biex dawn il-prodotti ma jintużawx, speċjalment mit-tfal.
Għandu jintalab parir mediku immedjat jekk xi persuna jkollha xi sinjali ta’ infezzjoni fl-għajnejn.

Ritratti: Suprintendent għas-Saħħa Pubblika