Attent minn dan il-vawċer

Il-Kumpanija Lidl ħarġet twissija fl-Irlanda dwar messaġġ promozzjonali li qed idur fuq il-midja soċjali. Il-kumpanija spjegat li dan il-vawċer huwa scam u mhux parti mill-kampanja tal-Lidl.

Diversi persuni Maltin sfaw vittma ta’ din l-iscam ukoll u għaddew id-dettalji personali tagħhom. Il-kumpanija qed tappella biex ħadd ma jagħti d-dettalji personali tiegħu f’din il-paġna.