Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali qed javża lill-pubbliku biex ma jiekolx il-prodott Fruitery Jelly Assorted minħabba r-riskju ta’ soffokazzjoni.
Fi stqarrija d-Direttorat qal li r-riskju ġej mill-preżenza ta’ addittiv mhux awtorizzat.
Deskrizzjoni tal-prodott: | Borża tal-plastik b’kontenituri bil-ġelatina bit-togħmiet tal-frott differenti |
Isem tal-prodott: | Fruitery Jelly Assorted |
Oriġini: | Taiwan |
Ditta: | ABC |
Użin: | Pakkett ta’ 285g |
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333.