Attent minn dan il-prodott jekk allerġiku għall-ħalib

Il-prodott Spring Roll Pastry tad-ditta Spring Home m’għandux jiġi kkunsmat minn persuni allerġiċi jew intolleranti għall-ħalib, skont id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali.

Fi stqarrija, id-Direttorat qal li l-imsemmi prodott m’għandux jiġi kkunsmat minn persuni li huma allerġiċi jew intolleranti għall-ħalib għax instab li fih ingredjent tal-ħalib li mhuwiex iddikjarat fuq it-tikketta.

Id-dettalji tal-prodott:

Isem tal-prodott: Spring Roll Pastry
Ditta: Spring Home
Data tad-durabbiltà: Id-dati kollha sa u inkluż it-8 ta’ Frar, 2023
Lott: Il-lottijiet kollha
Użin: 550g
Oriġini: Singapore    

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq in-numru 2133 7333.