Attent minn dan il-ġelat jekk allerġiku

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika ħareġ avviż dwar lott ta’ ġelati li fih instabu traċċi ta’ ħalib li mhumiex iddikjarati.
Id-Direttorat avża lil-pubbliku biex il-prodott Coni gelato alla soia al gusto vaniglia tad-ditta My Best Veggie ma jiġix ikkunsmat minn persuni li huma allerġiċi għall-proteina tal-ħalib.
Id-data ta' skadenza hija t-18 ta’ Lulju 2019. L-użin tal-prodott huwa 300g. In-numru tal-lott huwa 18GV.
Skont id-Direttorat, il-kumpanija nvoluta poġġiet tabelli fil-ħwienet tagħha biex il-konsumatur ikun mgħarraf  b’dan l-avviż.
Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq in-numru tat-telefon 2133 7333 jew jibgħat e-mail fuq mhi@gov.mt.