Attent! Mil-lejla sal-Ħamis xita u ragħad. Pariri x’tista’ tagħmel

Skont is-sit Firstmalta, tul il-ġimgħa d-dieħla mistennija xita sew hekk kif arja ta' pressjoni baxxa li normalment tkun mimlija xita, miexja minn fuq it-Tuneżija għal fuq iċ-ċentru tal-Mediterran. Għalkemm l-eqqel tal-maltemp mistenni jilħaq lit-Tuneżija u l-Mediterran iżda l-gżejjer Maltin xorta mistennija jintlaħqu minn xita bir-ragħad matul il-ġurnata.
 

Għalhekk, għada għax-xoghol, aħsiblu kmieni. Ħafna aktar kmieni mis-soltu. Jekk it-traffiku kien imwaħħal bla xita, immaġina issa x'se jiġri bix-xita u r-ragħad.
 

Aħjar tevita toroq li jgħaddu mill-widien bħal wied ta' B'Kara, Ħal Qormi u oħrajn. Iżda jekk twebbes rasek u tgħaddi, ma tkunx ideja ħażina li tiddobba xi dgħajsa, lanqas.
Iż-żmien tat-twieqi miftuħin ukoll spiċċa, jekk ma tkunx trid tiġi d-dar u ssib l-għamara tgħum.
Iċċekkja sew il-bejt. Ara li ma hemm xejn jostakola l-katusi.
U xi par boots naqra stil, ma tkunx ideja ħażina lanqas.