Attent mill-fliexken li jisplodu!

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali ħareġ avviż dwar xarbiet mhux alkoħoliċi tad-ditta Karma, jisimhom Kombucha, bit-togħma ta’ Green Tea, Rummien u Ġinġer fi fliexken tal-ħġieġ.

Dawn il-prodotti għandhom jiġu evitati peress li hemm riskju li jisplodu l-fliexken minħabba pressa fil-prodott magħluq.

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq 21337333 mit-8am sas-2:30pm, jirrikori personalment fl-uffiċċju li jinsab f’Continental Business Centre, Old Railway Track, Santa Venera, jew jibgħat imejl fuq mhi@gov.mt.