Attent lil min tiftaħ

Raġel qed idur l-inħawi ta' Ħal Għaxaq u n-Nofsinhar ta' Malta biex ibigħ biljetti ta' lotterija.
Ritratt li qed idur fuq il-midja soċjali juri lil dan ir-raġel liebes jeans blu u flokk iswed b'beritta bajda jdur fit-toroq iħabbat il-bibien biex ibigħ biljetti li allegatament huma parti minn kompetizzjoni għall-missjoni.
Diversi qarrejja qalu li meta jħabbat dan ir-raġel jipprova jikkonvinċik biex tixtri biljett mingħajr ma jgħidlek x'se tirbaħ jew meta se titla' l-lotterija.
Ir-raġel jieħu l-indirizz tad-dar u jgħidlek li jekk tirbaħ iċempillek hu, mingħajr ma jieħu nota tan-numru tat-telefown jew tal-mowbajl.
Ritratt: Joe Demicoli