Attent li ma jtajrekx!

Arkivji

Għal dawn il-ftit jiem li ġejjin, lesti ruħek biex tiġġieled mar-riħ u tqanfed xagħrek.
Skont is-sit FirstMalta.com, dan ir-riħ qawwi ġej lejn Malta minn Franza.
Il-qawwa tar-riħ mill-Majjistral se tkun ta’ Forza 7, li f'xi ħin tmiss Forza 8, li mistennija tippersisti s’għada filgħodu.
Skont it-tbassir tat-temp mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, ir-riħ Majjistral għal-lum se jkun qawwi, lokalment qawwi ħafna fuq il-gżejjer Maltin.
Din it-twissija tibqa' fis-seħħ sa nofs il-lejl tal-lejla, u tista’ tiġġedded. 
Ritratt: Denisa Gavozdea