Attent jekk xtrajt dan il-prodott

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika qed javża lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, ‘Good Day Butter cookies’ tad-ditta Brittania m’għandux jiġi kkunsmat minħabba li nstab li fih ‘glycidyl fatty acids’ u ‘acrylamide’ f’livelli għoljin.

“Glycidyl fatty acid esters” huma komposti li jistgħu jitkissru fil-passaġġ gastro-intestinali u jsiru ‘glycidol’. L-Awtorita` tas-Sigurta` tal-Ikel fl-Ewropa (EFSA) ikkonkludiet li ‘glycidol’ huwa ġenotossiku u karċinoġenu.

‘Acrylamide’ hija kimika li tifforma f’ċertu ikel li jkollu kontenut għoli ta’ lamtu u li jissajjar f’temperaturi għoljin. L-impatt tiegħu fuq is-saħħa għadu mhux ċert, imma huwa maħsub li jistgħu ikunu effetti karċinoġeni.

Isem tal-prodott:Good Day Butter Cookies
Ditta:Britannia
Data tad-durabbilita`:BB 28/02/2021
Użin:216g
Lott:20AL17S
  

Għal aktar informazzjoni, l-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt.