Attent jekk tirċievi imejl minn dan l-indirizz

L-istabbiliment lokali magħruf ‘SCAN’ ħareġ avviż biex il-pubbliku joqgħod attent jekk jirċievi imejl li jgħid li hu mingħandu.

F’post fuq il-paġna ta’ Facebook il-kumpanija qalet li din xi nies qed jirċievu imejla mingħand mgrima@scanmalta.com jew quotations@scanmalta.com. Il-kumpanija kkonfermat li din hi skema qarrieqa u qed tavża biex jekk wieħed jirċievi imejl minn dan l-indirizz m’għandux jiftħu u jħassru mill-ewwel.

Posted by SCAN Malta on Wednesday, April 24, 2019