Attent jekk tirċievi din l-ittra d-dar

Diversi persuni rrimarkaw dwar ittra stramba li rċevew id-dar f'dawn l-aħħar jiem li tidher formali imma li fil-verità jekk ma taqrahiex sew tista' tqarraq bik u ddaħħlek għal spiża kbira.
Din l-ittra, li hi parti minn skema ta' frodi, titlob lil dak li jkun biex jagħti d-dettalji tal-VAT tiegħu lill-kumpanija.
Jekk dak li jkun ma jaqrax l-ittra sew u jibgħat id-dettalji tal-VAT ikun qiegħed jikkommetti ruħu biex iħallas somma kbira tal-flus fis-sena mingħajr ma jkun jaf.
Biex din l-iskema tidher aktar leġittima, min jibgħatha jinkludi indirizzi u numri tat-telefown ibbażati f'Hamburg, fil-Ġermanja.
Skont rapport ta' kumpanija legali Ġermaniża din l-iskema ilha tiċċirkola mill-2013.
Ritratti: Christopher Mintoff