Id-Direttorat jikkonferma l-irtirar tal-birra Stella Artois mis-suq lokali

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali ħareġ avviż uffiċjali li l-birra Belġjana tad-ditta Stella Artois m’għandiex tiġi kkunsmata.
L-avviż ħareġ wara li d-Direttorat ġie kkuntattjat mill-kumpanija nnifisha li tipproduċi din il-birra, kif ukoll permezz tas-Sistema ta’ Twissija Rapida għall-Ikel u l-Għalf.
Dan wara li xi jiem ilu rapporti fuq midja internazzjonali qalu li l-prodott m’għandux jiġi kkunsmat minħabba l-possibiltà li l-flixkun jista’ jinkiser meta jkun qiegħed jinfetaħ, bil-konsegwenza li jaqa’ l-ħġieġ fil-prodott.
Il-prodotti affettwati huma dawn:

  • Data tad-durabbilità 20/2/18, kodiċi 49, ħin 12am-6pm
  • Data tad-durabbilità 25/4/18, kodiċi 55, ħin 10pm-11:59pm
  • Data tad-durabbilità 26/4/18, kodiċi 55, ħin 12am-4am
  • Data tad-durabbilità 3/6/18, kodiċi 49, ħin 9am-9pm

Skont il-midja internazzjonali, minbarra Malta hemm ukoll il-Belġju, Spanja, Ċipru, il-Greċja, il-Portugall u l-Polonja.
Huma l-fliexken il-ħodor tat-33 ċentilitri li qed jiġu irtirati.