Attent jekk tara dan ir-reklam tal-MaltaPost

Jekk waqt li kont qed tuża l-internet rajt riklam li tista’ tirbaħ mowbajl minn kompetizzjoni tal-MaltaPost, dan huwa virus.

Il-virus forma ta’ riklam jgħidlek li tkun intgħażilt bħala wieħed minn 10 persuni biex tirbaħ iPhone X jew inkellha Samsung Galaxy S9 jekk twieġeb erba’ mistoqsijiet.

Persuna li kkummentat fuq post li tħalliet fuq Facebook spjegat li ltaqat ma’ dan ir-riklam bosta drabi. Sostniet li jekk wieħed isegwi dawn ir-reklami jista’ jispiċċa vittma ta’ apps malizjużi li jistgħu jiġu installati fuq il-mowbajl tiegħu.

Persuna oħra wissiet biex joqgħodu attenti għall-URL tas-sit li jispiċċaw fih u jekk ikollhom l-iċken suspett joħorġu minnu mill-ewwel.

Il-MaltaPost tikkummenta

Fi stqarrija, il-MaltaPost infumat lill-klijenti li qed jirċievu dawn il-pop-ups fuq Google jew messaġġi li jidhru li nħarġu mill-MaltaPost stess huma qarrieqa u mhux maħruġa minnhom. Sostniet li qed tieħu l-azzjoni neċessarja u qed tinvestiga l-każ.