Attent jekk sejjer tgħum jew togħdos fil-jiem li ġejjin

Attent jekk sejjer tgħum jew togħdos fil-jiem li ġejjin. Skont il-bassara tat-temp ‘Maltese Islands Weather,  ir-riħ mill-Punent Majjistru għal Majjistral qed jitqawwa xi ftit fil-jiem li ġejjin u li jista jkun ta’ xkiel kemm għal għawwiema u bugħaddasa, speċjalment jekk ikunu imbiegħda mill-kosta.

Ir-riħ mistennij  jilħaq Forza 4/5 kultant 6 f’xi ħinijiet sa tard il-Ħamis qabel ma jdur Lvant u jonqos għal Forza 2/3 sa wara nofsinhar nhar il-Ġimgħa.

Skont l-istess sit jidher li jaf ikollna wkoll imbatt imħawwad. L-imbatt huma mewġ li jiġu ġġenerati f’sistemi tat-temp lil hinn minn xtutna, u li jibqgħu ġejjin l’hawn. Dawn kapaċi jippersistu għal siegħat twal qabel ma jisfaxxaw fix-xejn.  Fil-jiem li ġejjin se naraw imbatt minn direzzjonijiet varji.

Il-pubbliku qed ikun appellat biex ikun kawt u jżomm f’moħħu din l-informazzjoni jekk imur il-baħar fil-jiem li ġejjin.