Attent jekk sejjer tgħum; hawn il-bram

Diversi persuni ħdejn xtajtiet lejn il-Lvant ta’ Malta qamu għal xena kemxejn mhux tas-soltu, meta ammont eċċessiv ta’ bram vjola invada l-bajjiet tal-Birgu, il-Kalkara, il-Qajjenza, Wied il-Għajn, ix-Xgħajra, l-Imsida, tax-Xbiex u l-Gżira.
Fi xtajtiet minnhom, il-bram saħansitra tela’ fuq il-moll.

Alan Deidun, bijoloġist marittimu, qal li dan il-bram huma tat-tip Pelagia Noctiluca, magħrufin aktar bħala mauve stingers.
Deidun stqarr li f’Jannar peress li kien hawn in-nixfa u s-sħana, kien diġà bassar li din is-sena dan il-bram se jiġi kmieni, u fi proporzjonijiet ikbar minn tas-soltu.
Ritratt: Alan Deidun (Facebook)