Attent jekk sejjer lejn ir-Rabat u l-Imtarfa

Attent jekk sejjer lejn l-Imtarfa.
Transport Malta ħabbret li llum se jkomplu x-xogħlijiet tal-ewwel fażi tal-proġett ta’ titjib fi Triq Għajn Qajjiet ir-Rabat, direzzjoni lejn l-Imtarfa.
Il-kuntratturi bħalissa qed iqaxxru l-wiċċ eżistenti tat-triq u jagħtu saffi t’asfalt. 
Dawn ix-xogħlijiet se jitkomplew illum bejn is-7am u s-2pm.
Waqt dawn il-ħinijet, it-triq direzzjoni lejn l-Imtarfa se tkun magħluqa għat-traffiku u għat-trasport pubbliku.  Għalhekk, it-traffiku lejn il-Baħrija se jgħaddi minn Vjal il-Ħaddiem u t-traffiku lejn il-bypass tal-Imtarfa se jgħaddi min-naħa tar-Roman Villa.
Transport Malta tħeġġeġ lis-sewwieqa biex isibu toroq alternattivi u jsegwu l-istruzzjonijet tal-uffiċjali fuq il-post.  L-Awtorita’ tħeġġeg lis-sewwieqa biex isuqu b’attenzjoni għas-sigurta’ tagħhom u tal-ħaddiema fuq il-post.
Matul l-ewwel fażi tax-xogħol, il-kuntratturi bnew bankini ġodda fi Triq Għajn Qajjet u f’parti minn Vjal il-Ħaddiem.  Matul dawn ix-xogħlijiet, it-triq baqet aċċessibbli għat-traffiku.