Attent jekk sejjer lejn in-Naxxar; Taqa’ siġra fejn il-Knisja

Il-Pulizija qed tappella biex sewwieqa li sejrin lejn il-Pjazza tan-Naxxar mill-akwati tal-Gharghur u l-Iklin joqgħodu attenti hekk kif fl-aħħar ħin waqgħet siġra fejn il-Knisja.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li s-siġra waqgħet għall-ħabta tal-11.30am fit-triq biswiet il-Knisja direzzjoni lejn il-Mosta. Fuq il-post bħalissa hemm il-Pulizija tat-traffiku li qed jikkontrollaw is-sitwazzjoni u jidderiġu t-traffiku minn triq oħra.

Fortunatamanet ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident. Sa 12.30am l-aċċess għall-Pjazza tan-Naxxar minn Triq il-Knisja kien għadu magħluq.

Road is now open for normal traffic use.Earlier: Please Share! Traffic is kindly being advised to avoid Parish…

Posted by The Malta Police Force on Saturday, August 25, 2018

Ritratt: Google Maps