Aġġornata(2): Tfajla l-isptar wara inċident f’Selmun

Tfajla ttieħdet l-isptar wara li kienet involuta f'inċident fil-Mellieħa.
L-inċident seħħ bejn żewġ vetturi fit-telgħa ta' Selmun direzzjoni lejn il-Mellieħa ftit qabel il-11am.
Riżultat ta' dan il-kareġġjata kienet magħluqa għat-traffiku għal xi ħin.
Il-vetturi involuti fl-inċident kienu misjuqa minn raġel ta' 37 sena mir-Rumanija u tfajla ta' 21 sena residenti Marsaskala.
Sorsi fuq il-post qalu ma' Newsbook.com.mt li fuq il-post issejħet l-assistenza tal-Pulizija u ta' ambulanza.
Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma' Newsbook.com.mt li t-tfajla ttieħdet l-isptar, pero l-kundizzjoni tagħha għadha mhix magħrufa.
Jidher li t-traffiku kien qed iwassal sal-bajja tax-Xemxija u għalhekk kien appellat biex ix-xufiera jevitaw l-akwati.