Attent jekk sejjer lejn il-Marsa

Attent jekk sejjer lejn il-Marsa, peress li għall-ħabta tat-3am seħħ inċident, u ngħalqet karreġġjata.

Mill-ewwel rapporti jidher li l-inċident seħħ bejn żewġ vetturi fil-Junction tal-Marsa direzzjoni lejn Raħal Ġdid. Kelliem għall-Pulizija informa lil Newsbook.com.mt li l-persuni involuti ttieħdu l-isptar u weġġgħu ħafif.

Fl-akkwati nġema’ iktar traffiku mis-soltu hekk kif karreġġjata tinsab magħluqa minħabba l-inċident, u t-traffiku qed ikollu jeqleb fuq karreġġjata waħda. Fuq il-post issejħet l-għajnuna tal-Pulizija.

In-nies involuti kienu raġel ta’ 34 sena minn Bormla, u mara ta’ 58 sena minn Birkirkara. Dawn ittieħdu l-isptar b’ambulanza, fejn deher li sofrew minn ġrieħi ħfief.

Ritratt: MRTU