Ritratti: Kif se jkunu protetti mill-maltemp il-karrijiet?

Suq bil-galbu aktar mis-soltu llejla.
Dan hekk kif qed jinstaqu l-karrijiet tal-karnival lejn il-Marsa.
Newsbook.com.mt jinsab infurmat li f’diversi lokalitajiet oħra kien rappurtat ukoll ammont kbir tat-traffiku hekk kif il-karrijiet qed ikunu eskortati lejn il-Marsa biex jitpoġġew taħt tined apposta bil-għan li jkunu protetti mill-maltempata kbira mlaqqma ‘Martina’ li hi mbassra għal għada.
It-tined ġew armati apposta f’parkeġġ biswiet iċ-ċimiterji tal-Addolorata fejn ġieli sar l-ispettaklu taċ-ċirklu.
Dan qed isir biex il-ħidma li mijiet ta’ dilettanti għamlu tul dawn l-aħħar xhur tkun protetta biex fil-jiem li ġejjin il-pubbliku jkun jista’ jgawdi l-ispettaklu tal-karnival fil-Belt b’aktar ilwien u briju.
Il-pubbliku hu mitlub jobdi l-istruzzjonijiet tal-Pulizija li jinsabu fuq il-post jeskortaw il-karrijiet u biex kemm jista’ jkun jevitaw l-akwati.