Attent jekk sejjer lejn iċ-Ċirkewwa

Attent jekk sejjer lejn iċ-Ċirkewwa, Dan hekk kif qed ikun rappurtat li fl-aħħar ħin nxtered xi diesel minn vettura kbira fin-niżla fil-bypass tal-Mellieħa direzzjoni lejn iċ-Ċirkewwa. Għalkemm mhux magħruf f'liema parti eżatt id-diesel inxtered fi Triq Dawret il-Mellieħa, qed ikun appellat biex is-sewwieqa li jgħaddu mill-akwati jsuqu bil-galbu.
Is-sitwazzjoni ġiet lura għan-normal wara li Membri tal-Protezzjoni Ċivili tefgħu r-ramel fuq id-diesel.