Attent jekk sejjer lejn Birkirkara: Karozzi mitfija f’nofs it-triq

Attent jekk sejjer lejn Birkirkara jew Ħal Lija. Dan hekk kif seħħ inċident ftit tal-ħin ilu.
L-inċident seħħ bejn tliet vetturi fil-bypass ta’ Birkirkara għall-ħabta tas-7.15pm.
Sorsi fuq il-post qalu ma’ Newsbook.com.mt li t-traffiku jinsab imblukkat fiż-żewġ kareġġjati direzzjoni lejn Ħal Lija.
Huma qalu wkoll li kawża ta’ dan l-inċident inħolqot konġestjoni kbira għal tul ta’ ħin tant li ħafna xufiera tfew il-karozzi tagħhom u niżlu mill-karozzi.
Kelliema għall-Pulizija kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt li fortunatament ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.
Xufiera huma mitluba jevitaw l-akwati għall-ħin li ġej hekk kif il-Pulizija waslu fuq il-post biex jikkontrollaw is-sitwazzjoni.
Ritratt: Michela Catania