Attent jekk sejjer bil-kelb Għajn Tuffieħa

Attent jekk sejjer bil-kelb Għajn Tuffieħa. Dan hekk kif ġie vvelenat kelb li kien miexi ma' sidu fl-akwati. Sid il-kelb appella fuq Facebook biex kull min imur jimxi bil-klieb fl-akwati joqgħod attent hekk kif il-kelb tiegħu spiċċa vvelenat serjament wara li ġabar xi ħaġa mill-art sakemm difu kien aljenat tċgħal ftit sekondi biss. Riżultat ta' dan Buddy spiċċa sofra żewġ attakki u deni ta' aktar minn 40°C. Sidu rrimmarka dwar kif il-kelb hu b'saħħtu u qatt ma kellu problemi ta' saħħa, madanakollu li kieku llum ma kienetx għall-intervent immedjat tal-veterinarji tal-isptar tal-annimali ta' San Franġisk kieku Buddy żgur kien jitlef ħajtu fi żmien siegħa. Sid il-kelb appella biex dawk kollha li għandhom kelb joqgħofu b'seba' għajnejn u ma jaljenawx ruħhom, speċjalment meta jmorru bil-klieb tagħhom f'dawn l-akwati. Dan huwa diġa t-tielet każ ta' velenar tal-klieb f'dawn l-aħħar tliet ġimgħat wara li kien hemm żewġ każijiet simili tliet ġimgħat ilu f'Ta' Qali.