Attent jekk se tonxor barra

It-temp mhux kuntent li qiegħed ixarrabna bl-għaraq hekk kif illum jista’ jkun hemm il-possibiltà li jxarrabna wkoll bi ftit xita.
Skont is-sit First Malta l-maltemp li jinsab fuq Sqallija miexi ’l isfel u jista’ jolqot lil Malta.
Minkejja li r-riħ u l-maltemp riesaq fuq Malta, wieħed ma għandux għala jinkwieta daqshekk għax il-possibiltà li tagħmel ftit xita hija żgħira.
Għaldaqstant tinkwetax li qed tara l-ajru mdallam u erħilha xorta lejn il-baħar jew lejn xi festa.