Attent jekk se tmur tgħum f’dawn il-bajjiet illum

Illum eluf ta’ persuni mistennija joħonqu l-bajjiet madwar Malta u Għawdex hekk kif joħorġu jiċċelebraw il-festa ta’ Santa Marija u fl-istess ħin jistrieħu ftit mir-rutina ta’ kuljum. Fid-dawl ta’ dan, hekk kif illum ir-riħ mistenni jkun mill-Majjistral it-Tramuntana, wieħed għandu joqgħod attent, speċjalment jekk ikun sejjer f’ċertu bajjiet li huma popolari.

Hekk kif illum ir-riħ mistenni jilħaq forza ħamsa, jekk wieħed imur jgħum f’waħda mill-bajjiet imsemmija hawn taħt ikun aħjar li joqgħod attent minħabba l-kurrent tal-baħar kif ukoll minħabba bram. Fost il-bajjiet li llum wieħed għandu joqgħod attent jekk imur jgħum fihom hemm:

Malta:

  • Paradise Bay
  • Armier u Little Armier
  • L-Imġiebaħ
  • Il-Mistra
  • Il-Qawra
  • Baħar iċ-Ċagħaq
  • Sliema
  • Il-Ġnejna
  • Għajn Tuffieħa
  • Golden Bay
  • Fomm ir-riħ

Għawdex:

  • Id-Dwejra
  • Wied il-Għasri
  • Ix-Xwejni
  • Ir-Ramla
  • Marsalforn
  • San Blas