Attent jekk se tmur Ta’ Qali bil-kelb

Attent jekk se tmur il-park f'Ta' Qali.
Newsbook.com.mt jinsab infurmat li xi klieb kienu vvelenat ftit għal ħabta ta' nofsinhar wara li ġabru xi ħaġa b'sustanza velenuża.
Sid il-klieb qalet li l-klieb ittieħdu b'urġenza kbira l-isptar tal-annimali fejn fortunatmanet il-kundizzjoni tagħhom tjiebet.
Siddhom appellat biex kull min imur Ta' Qali b'xi annimal, speċjalment klieb, joqgħod b'seba' għajnejn.
L-appell qed ikompli jiċċirkola fuq il-midja soċjali bil-għan li jinxtered l-avviż hekk kif jidher li dan mhux l-ewwel każ ta' dan it-tip fl-aħħar jiem.