Attent jekk se tixtri propjetà minn fuq il-pjanta

Read in English.

L-għaqda tal-iżviluppaturi Maltin (MDA) fi stqarrija qalet li rċeviet numru ta’ ilmenti minn persuni li xtraw l-propjetà tagħhom minn fuq il-pjanta. L-MDA spjegat li meta l-bini jitlesta, ix-xerrejja ma jsibux dak li jkunu qed jistennew.

L-għaqda spjegat li ħafna drabi x-xerrejja jiddeċiedu li jixtru minn fuq il-pjanta minħabba li l-propjetà tkun irħas, iżda dan iġib miegħu ċerta riskji. Min-naħa tagħha l-MDA tkellmet mal-awtoritajiet biex ikun hawn reġistru ta’ żvilupparturi li huma approvati u għalhekk ikunu jistgħu jiġu identifikati mill-pubbliku qabel ma jixtru. Madankollu ma rnexxiliex tilħaq ftehim dwar dan.

L-Għaqda ssuġġeriet lil dawk kollha li jkunu se jixtru minn fuq il-pjanta sabiex jieħdu parir legali kif ukoll mingħand perit ħalli jevitaw li fil-futur ikunu diżappuntati.