Aġġornata: Tneħħa t-terrapien li xtered ilbieraħ f’San Pawl

It-terrapien li xtered ilbieraħ fil-bypass ta' San Pawl il-Baħar tneħħa għalkollox u m'għadx hemm periklu.
Dan ikkonfermatu l-paġna Maltese Road Traffic Updates ilbieraħ għall-ħabta tat-8.30pm.

Aktar kmieni lbieraħ, mmont kbir ta' terrapien waqa' fil-karreġġjata tax-xellug fit-triq direzzjoni lejn il-coast road.
Fuq il-post marru membri tal-Protezzjoni Ċivili biex ineħħu l-periklu.
Jidher li t-terrapien beda jinxtered fit-triq minn ħdejn l-ispeed camera.
Qarrejja ta' Newsbook.com.mt qalu li kien hemm terrapien tal-istess tip wara l-Knisja tan-Naxxar u fi Triq il-Ħtajriet fil-Mosta.
Ritratt: Charles Bartolo u Sam Dimond