Attent jekk se tgħaddi minn hawn

Infrastructure Malta / Facebook

Il-bypass bejn il-Marsa u l-Ħamrun se tkun magħluqa għal erba’ ljieli minħabba xogħlijiet li se jsiru.

Infrastructure Malta avżat lill-pubbliku biex joqgħod attent jekk jgħaddi minn hemm, peress li mhux se jkun hemm aċċess mill-karreġġjata tan-Nofsinhar lejn ir-roundabout u lanqas minn Triq Ħal Qormi lejn Santa Venera u l-Ħamrun.

Dan se jiġri mil-lejla sat-Tnejn filgħaxija bejn it-8pm u l-5am sabiex tinbena parti oħra mill-mina tal-cables tal-elettriku taħt l-art.