Attent jekk se tgħaddi minn Ħal Lija f’dawn il-ħinijiet

Filwaqt li x-xogħlijiet f’Ħal Lija se jkomplu matul il-jum kif avżat, Transport Malta ħabbret li se tkompli bix-xogħlijiet fl-inħawi.
IIlejla u għada se jsir xogħol fuq iz-zebra crossing għalhekk Triq il-Mosta se tkun magħluqa għat-traffiku bejn is-7pm u l-5am direzzjoni mill-Mosta lejn Birkirkara u bejn l-10pm l-5am direzzjoni minn Birkirkara lejn il-Mosta.
Għada u l-Erbgħa 26 ta’ Lulju se jsir xogħol fuq ir-roundabout eżistenti għalhekk Triq il-Mosta se tkun magħluqa għat-traffiku direzzjoni mill-Mosta għal Birkirkara mis-7pm sal-5am.
It-traffiku viċin din ir-roundabout se jgħaddi minn karreġġjata waħda.
Bejn l-Erbgħa 26 u l-Ġimgħa 28 ta’ Lulju se jsir xogħol fuq wiċċ it-triq inkluż l-asfaltar.
Triq il-Mosta se tkun magħluqa għat-traffiku direzzjoni mill-Mosta lejn Birkirkara bejn is-7pm u l-5am.