Attent jekk se tgħaddi minn Ħal Balzan…

Se jsir xogħol ta’ manutenzjoni f’parti minn Triq l-Imdina, Ħal Balzan, direzzjoni lejn ir-Rabat.
Fi stqarrija, Transport Malta qalet li dan ix-xogħol se jsir bejn illejla u s-Sibt 15 ta’ April, bejn id-9pm u t-3am.
Matul il-ħin tax-xogħol, din il-parti se tkun magħluqa għat-traffiku u għaldaqstant, is-sewwieqa huma mitluba jsibu toroq alternattivi.
Barra minn hekk, is-sewwieqa huma mħeġġa jsuqu b’attenzjoni u jsegwu l-istruzzjonijiet tal-uffiċjali fuq is-sit tax-xogħol.