Attent jekk se tgħaddi minn Ħ’Attard illejla

Transport Malta ħabbret li ħaddiemha tagħha se jkunu qed jagħtu t-tarmac f’Ħ’Attard.
Fi stqarrija TM qalet li x-xogħol se jsir bejn is-7pm tal-lejla u l-5am fi Triq Birkirkara.
Waqt dan il-ħin it-triq se tkun magħluqa għat-traffiku miż-żewġ direzzjonijiet.
Sadanittant Triq Santa Katerina f’Ħ’Attard se tibqa’ miftuħa għat-traffiku sa nhar it-Tnejn matul il-ġurnata. Ix-xogħol f’din it-triq se jitkompla nhar it-Tnejn filgħaxija.
Filwaqt li rringrazzjat lil pubbliku tal-koperazzjoni tiegħu, TM appellat biex ix-xufiera jsuqu bil-galbu u jimxu mal-istruzzjonijiet tal-uffiċjali li jkun hemm fuq il-post.